Default colour scheme High visibility colour scheme High contrast colour scheme

Indafa Pubblika

Ġbir ta' Skart Domestiku

L-iskart domestiku kif ukoll dak fil-laned taż-żibel li jinsabu f'postijiet pubbliċi, jinġabar fuq bażi ta' ħamest’ijiem fil-ġimgħa (inklużi festi pubbliċi). Mill-aħħar Ħadd ta’ Ġunju sal-aħħar Ħadd ta’ Settembru dan is-servizz jingħata l-Ħadd ukoll.

L-iskart domestiku miz-zoni rurali jinġabar nhar t'Erbgħa u nhar ta' Sibt. Jekk inti resident ġdid f'zona rurali, jekk jogħġbok ċempel l-uffiċċju biex inkunu nistgħu noffrulek is-servizz tagħna.

Ir-residenti huma mitluba li ma joħorġux l-iskart tagħhom qabel is-7:00am.

 

Ġbir ta' Skart għar-riċiklaġġ

L-iskart domestiku għar-riċiklaġġ jinġabar kull nhar ta' Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa u dan is-servizz jibda mill-11:00am ‘il quddiem.

IMPORTANTI: dan l-iskart irid jitpoġġa fil-boroż apposta normalment ta’ kulur griż.

 

Gbir ta’ hgieg – Il-gbir ta’ hgieg isir nhar ta’ Tnejn, kull hmistax. FIl-hgieg ghandu jinhareg fil-kontenituri apposta li kienu tqassmu b’xejn mill-Kunsill.

 

L-iskart ghar-riciklagg (plastic, karta, metal u hgieg) jista’ jittiehed f’wiehed mill-Brig in sites li jinsabu fil-lokal.


Ġbir ta' Skart Goff

Il-Kunsill joffri wkoll servizz ta’ ġbir ta' skart goff. Dan jikkonsisti f'imbarazz u skart li jinġabar minn djar u residenzi iżda li ma jaqax fil-kuntratt tas-servizz ta' ġbir ta' skart domestiku minħabba l-kobor tiegħu; dan ma jkunx jinkludi fdalijiet industrijali, barrieri jew għelieqi, kif ukoll fdalijiet ta' bini u kostruzzjoni.

Wieħed għandu iċempel lill-Kunsill fuq 21466000 għal appuntament.

Normalment dan l-iskart jinġabr it-Tnejn u l-Ħamis

 

 

Skart li mhux imnizzel hawn fuq jista jittiehed f’wiehed mill-amenity sites madwar Malta.

Ghal informazzjoni dettaljata fuq rimi ta’ skart irreferi ghas-sit http://www.wasteservmalta.com/index.aspx

 



Attivitajiet fis-Siġġiewi