Attivitajiet oħrajn
Il-Kunsill Lokali Siġġiewi jieħu ħsieb ukoll l-aspett soċjali, kulturali, sportivi u edukattiv tar-residenti tal-lokalità tiegħu. Fost oħrajn, għaldaqstant jieħu ħsieb jorganizza:
- Jum is-Siġġiewi li f'serata kommemorattiva annwali persuna, persuni jew għaqda tingħata jew jingħataw L-Onorifiċenza Siġġiewi
- Wirja Agrarja Annwali fil-Pjazza tas-Siġġiewi
- Mixegħla tas-Salib tal-Għolja fil-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira
- Mixegħla tal-Pjazza u t-toroq tal-madwar fil-jiem tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
- jorganizza korsijiet ta' tagħlim dwar il-computer, arts and crafts għat-tfal, u korsijiet oħrajn tal-ganutell, bizzilla, eċċ.,
- jorganizza ħargiet għall-familja kollha
- kull sena jikkordina l-għoti b'xejn ta' injezzjoni kontra l-influwenza għal dawk il-persuna li għandhom aktar minn 55 sena.
| Attivitajiet fis-Siġġiewi |




by